Waqt iż-żjara pastorali fiż-Żejtun, il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fejn ikkonsagra wkoll l-artal maġġur. Il-laqgħat tal-Arċisqof man-nies ser ikomplu matul din il-ġimgħa. Nhar il-Ħamis l-Arċisof se jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.