Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jirreferi għall-artikli fil-media dwar il-każ ta’ żewġ aħwa li jattendu l-Kulleġġ San Albert il-Kbir. Is-Segretarjat, il-Kulleġġ u d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri ilhom jaħdmu biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni li jinsabu fiha t-tfal msemmija. Is-Segretarjat huwa infurmat li d-Direttorat qed jagħmel dak kollu possibbli biex jindirizza din is-sitwazzjoni fl-aħjar interess tal-istudenti kif isir f’każijiet bħal dawn.
Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jappella għal sensittività f’każijiet li jinvolvu minuri u persuni vulnerabbli fl-aħjar interess ta’ dawk kollha kkonċernati.