***

Diretturi:         Will Becher u Richard Phelan

Ilħna:               Justin Fletcher, John Sparkes, Amaiia Vitale, Kate Harbour, David Holt, Richard Webber, Simon Greenall u Emma Tate

Ħin tal-Film:    87 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      U

Fil-belt ta’ Mossington, Farmer John, bidwi u l-kelb tiegħu, isibu UFO. Kif isibuh, it-tnejn jitilqu jiġru meta b’sorpriża jaraw ħiereġ mill-vettura spazjali aljena misterjuża. Fir-razzett Mossey Bottom, kienu jgħixu Shaun u merħla nagħaġ, kuntenti ħafna bil-ħajja li kienu qegħdin igħixu.

Jum wieħed, Shaun jordna tliet pizez minn ħanut qrib fejn kien niżel l-UFO. L-aljena jirnexxila tidħol fil-kaxxa fejn kienu l-pizez lesti għal Shaun u sħabu u tagħamel ikla tajba minn dawn. Meta l-għada filgħodu Shawn joħroġ mill-matmura, isib biss qxur tal-pizez li fil-fatt wasluh fejn kien niżel l-UFO. Hemm Shaun jiltaqa’ mal-aljena li tintroduċi lilha nfisha bħala Lu-La, aljena li kienet ġejja minn Topa. Lu-La kellha ħiliet estraterrestri. Shaun jintroduċiha ma’ sħabu n-nagħaġ l-oħra.

Sfortunatament,  Lu-La tagħmel diżastru sħih meta titla’ fuq tractor u tikkaġuna forom ta’ ċrieki madwar ir-razzett. Il-bidwi ma jieħux pjaċir iżda wara li jaħseb ftit, jintebaħ li jista’ jagħmel kemxa flus billi jiftaħ “FARMAGEDDON” għall-pubbliku u hekk ikun jista’ jixtri tractor ġdid.

Sadanittant il-Ministry of Alien Detection, taħt it-tmexxija tal-Aġenta Red u l-assistent tagħha ir-robot Mugg-1N5, bdew jaraw jekk isibux l-UFO li niżel. Farmer John jeħodhom fejn kien waqa’ l-UFO iżda ma jsibu xejn. L-aġenta Red tibgħathom f’lokal ieħor.  Sadanittant, ġewwa Mossey Bottom Farm, Lu-La tistqarr ma’ Shaun li hi kienet ġejja minn pjaneta. Shaun joffri li kien lest jgħin biex hi tmur lura lejn darha. Lu-La għal darb’oħra toħloq kaos f’Mossington qrib supermarket. Bitzer  li issa kien liebes libsa ta’ aljen jintebaħ b’Shaun. Sfortunatament, Bitzer jeħel mal-art b’kolla u kif kien liebes, l-M.A.D. jaħsbuh aljen. Shaun u Lu-La meta jidhlu fl-UFO isibu li l-kredenzjali kienu nsterqu. F’dan il-waqt, jidħol Blitzer u l-M.A.D. li jraqqduh u jieħdu l-vettura spazjali lejn il-HQ. X’jiġri minn hawn?

Film Brittaniku animat, kummiedja ħelwa li għandha togħġob lit-tfal. Il-film hu taħt id-direzzjoni ta’ Will Becher u Richard Phelan, b’kitba ta’ Richard Starzak. Msejjes fuq serje televiżiva bl-isem ta’ Shaun the Sheep u fuq il-film li ħareġ għal wiri fl-1995 bl-isem ta’ A Close Shave.