-
-
L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
L-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
1 ta’ Ottubru, 2019Persważ li għandi l-pjaċir u l-unur li nkun quddiem imħallfin, apparti l-Kap tal-Istat u l-Ministru tar-Repubblika, il-Ministru tal-Ġustizzja li mhux bħall-imħallef li jitkellem fuqu Ġesù, ma jimpurtah la minn Alla u lanqas minn ħadd. Imma l-preżenza tagħkom tagħmilli kuraġġ u fl-istess ħin hija impenn, biex bħalma smajna fit-Tieni Qari mill-Ittra ta’ San Pietru, aħna nagħmlu dak li għandna nagħmlu minħabba s-sewwa anke jekk il-prezz jaf ikun għoli, jew kif jgħidu t-Taljani salato.
Kont qed ninnota lilek Eċċellenza President tar-Repubblika, tammira bħalma nagħmlu kull sena f’din l-okkażjoni l-kapolavur tal-Caravaggio, l-unika tela kif nafu li ffirma bid-demm tal-Battista. Ħin minnhom laqatni dak il-wiċċ ta’ dik il-mara li qiegħda tħares lejn dan id-delitt statali u tipprova tgħatti wiċċha kważi b’idejha t-tnejn ma’ wiċċha; l-espressjoni tal-karba tat-trawma ta’ meta minflok issir il-ġustizzja, issir l-inġustizzja. U fakkritni li verżjoni moderna ta’ dan il-wiċċ huwa ‘The Scream’ ta’ Munch. Kien hemm uħud mill-verżjonijiet li tant huma ambiti, li waħda minnhom serquha imma mbagħad reġgħet instabet. Ukoll hemm wiċċ kważi uman li qiegħed iħaddan ħaddejh f’għajta ddisprata quddiem it-trawma u l-miżerja li aħna l-bnedmin kapaċi ninfliġġu lil xulxin.
Il-ġustizzja hija stil ta’ ħajja, mhux it-toga li tista’ ddendilha fi gwardarobba u tinsieha. Il-ġustizzja hija bħall-ġilda, inġorruha magħna.
L-imħallef u dak li hu l-kultur tal-liġi u tal-ġustizzja, fl-avukatura u l-maġistratura jagħti ħajtu biex ipoġġi rimedju għall-inġustizzji u t-talba tiegħu trid tkun li r-rimedju li jpoġġi ma joħloqx inġustizzji oħra jew ikbar.
Ippermettuli nikkwotalkom silta minn diskors li l-Papa Franġisku għamel lill-maġistrati Taljani fid-9 ta’ Frar li għadda. Fi żmieni biex tidħol il-kors tal-liġi jrid ikollok l-A’Level fit-Taljan bħat-tobba almenu l-A’Level fil-Biology, niftakar. Nispera li t-Taljan għadu jiġi kkultivat fil-Fakultà tal-Liġi għax mingħajru ma jistax ikollok aċċess la għall-leġislazzjoni antika u lanqas għall-ġurisprudenza klassika.
U għalhekk ippermettili nikkowta l-Papa, għax naħseb li għandu x’joffri u napprezza meta wħud minnkom ukoll jisselfu l-għerf tiegħu anke meta qed jagħmlu ġustizzja, u nikkwotahulkom kif qalu hu bit-Taljan:“La tradizione filosofica presenta la gustizia come una virtù cardinale, e la virtú cardinale per eccellenza”.
Jekk niftakar sew f’waħda mis-swali l-kbar tal-palazz maġisterjali, li bħalissa qiegħed taħt restrawr, hemm il-virtujiet soċjali u l-iżjed waħda li tingħata importanza mar-religio, biex ma jiġġildux, hija iustitia. “Alla sua realizzazione, quella della giustizia, concorrono anche le altre virtù: la prudenza, che aiuta ad applicare i principi generali di giustizia alle situazione specifiche”. Inti biex tkun ġust f’każ partikolari trid tuża l-prudenza. “La fortezza e la temperanza, che ne perfezionano il conseguimento”. Imma inti biex tasal għall-ġudizzju prudenti, irid ikollok il-fortezza, ma tibżax, u t-temperanza, ma tfittix lilek innifsek.
“La giustizia” jgħid il-Papa, “è dunque una virtù, cioè un abito interno del soggetto: non un vestito occasionale o da indossare per le feste, ma un abito che va portato sempre addosso, perché ti riveste e ti avvolge, influenzando non son le scelte concrete, ma anche le intenzioni e i propositi”. Il-ġustizzja hija stil ta’ ħajja, mhux it-toga li tista’ ddendilha fi gwardarobba u tinsieha. Il-ġustizzja hija bħall-ġilda, inġorruha magħna.
Allaħares l-għażla tal-maġistratura tkun statement politiku għax dik toqtol l-indipendenza esterna tal-maġistratuta.
Xi ħaġa oħra li jgħid il-Papa u nissuġġerilkom ikollkom ċans tfittxuh fuq l-internet: 9 ta’ Frar 2019, jitkellem ukoll fuq missjoni partikolari tal-imħallef fil-kuntest attwali. Hu jgħid hekk: “In un contesto sociale nel quale sempre di più si percepisce come normale, senza alcuno scandolo, la ricerca dell’interesse individuale anche a scapito di quello collettivo, siete chiamati ad offrire un segno della dedizione disinteressata… resa possibile dall’importante prerogativa dell’indipendenza…”. U l-Papa jispjega xi tfisser li l-imħallef ikun indipendenti. “L’indipendenza esterna, che porta ad affermare con forza il suo carattere non politico, tenga lontani da voi i favoritismi e le correnti, che inquinano scelte, relazioni e nomine.”
Il-maġistratura trid tkun indipendenti minn kull influss politiku. Allaħares l-għażla tal-maġistratura tkun statement politiku għax dik toqtol l-indipendenza esterna tal-maġistratuta. “E l’indipendenza interna” jgħid il-Papa, “vi rende invece liberi dalla ricerca di vantaggi personali, capaci di respingere pressione, segnalazione o sollecitazione diretta ad influire indebitamente sui tempi e sui modi di amministrazione della giustizia”. Il-Papa qed jikkwota l-istatut ta’ din l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-maġistrati imma qed jikkonferma l-utilità kemm hi essenzjali l-indipendenza esterna u interna tal-ġudikatura. “Proprio i tempi e i modi in cui la giustizia viene amministrata toccano la carne viva delle persone, sopratutto di quelle più indigenti, e lasciano in essa segni di sollievo e consolazione, oppure ferite di oblio e di disriminazione”. B’għaqal kbir il-Papa jispjegalna li l-mod u t-tempestika tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja tista’ tagħti anke lill-iżjed dgħajjef jew esperjenza ta’ solliev u faraġ jew inkella trawma li ntesa jew ġie diskriminat.
“Pertanto, nel vostro prezioso compito di discernamento o di giudizio, cercate sempre di rispettare la dignità di ogni persona, senza discriminazioni e pregiudizi di sesso, di cultura, di ideologia, di razza, di religione. Il vostro sguardo su quanti siete chiamati a giudicare sia sempre uno sguardo di bontá… La giustizia che amministrate diventi sempre più inclusiva” u jispjega xi tfisser. “Giustizia ‘inclusiva’, attenta agliultimi e alla loro integrazione: infatti, dovendo dare ad ognuno quanto gli spetta” għax dik il-ġustizzja: kulħadd jieħu dak li ħaqqu,“non puo dimenticare l’estrema debolezza che riveste la vita di tanti e ne influenza le scelte”. L-imħallef, hu u jagħti dak li ħaqqu lil min ikun hemm quddiemu, irid jagħraf ukoll il-fraġilità tal-bniedem.
Ejjew nitolbu biex dawn il-kliem ta’ għerf tal-Papa jkunu dawl fil-ministeru tagħkom.
Ejjew inressqu t-talb tagħna quddiem il-Mulej u nitolbu għal dawk il-membri tal-maġistraturi u l-avukatura li ħallewna din l-aħħar sena u dejjem nitolbu fuqna u fuq sħabna l-ħniena kbira tal-Mulej.
✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta -
Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: Żak 8, 20-23
Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7
Evanġelju: Lq 9, 51-56 -
-