Fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni żewġ sorijiet, Sr Anne Marie Mifsud u Sr Matlene Hatalan Falzon, għamlu l-professjoni perpetwa fil-kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù.

Sr Matlene Hatalan Falzon hi membru tal-istaff tal-iskola St Francis Secondary, Tas-Sliema, u inqas minn xahar ilu Sr Anne Marie Mifsud iggradwat bħala infermiera. Il-professjoni tagħhom saret waqt quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.

II-kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù kellha l-bidu taghha fir-Rabat Għawdex, fl-4 ta’ Jannar 1874, u llum hija mifruxa f’għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja. F’Londra s-sorijiet jilqgħu għandhom u jassistu nies morda u l-qraba tagħhom waqt li jkunu għal kura speċjalizzata. Fl-2016 il-kongregazzjoni ngħatat il-Medalji għall-Qadi tar-Repubblika għax-xogħol li jagħmlu mal-morda fl-Ingilterra.

Sors: Newsbook Malta