Il-motto ta’ l-aħħar ‘gradwazzjoni’, jew aħjar ‘Lejla ta’ Solidarjetà’, li saret fil-kumpless San Blas, il-Ħamis, 5 ta’ Lulju li għadda kien “fejn hemm il-ħajja, hemm it-tama”. Is-serata rat 22 żagħżugħ u żagħżugħa ‘jiggradwaw’ wara li temmew kors ta’ rijabilitazzjoni mid-dipendenza tad-droga f’dan iċ-ċentru mmexxi mill-CARITAS.
Mons Victor Grech, Direttur tal-CARITAS, fid-diskors tiegħu rabat it-tama ma’ dik li hu sejjaħ “il-kultura tal-ħajja” u ħeġġeġ lil dawk preżenti biex “innisslu fit-tfal minn ċkunithom, fil-familja u fl-iskejjel” din il-kultura tal-ħajja. “Jiena nemmen li ħafna żgħażagħ mhumiex ħżiena, iżda mhumiex jagħrfu biżżejjed it-tajjeb, is-sewwa u s-sabiħ tal-ħajja,” tenna Mons Grech.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com