• ELYSIUM

  • Direttur:          Neil Blomkamp

    Atturi:              Matt Damon, Jodie Foster, Sharlto Copley, Alice Braga, Diego Luna, Wagner Moura u William Fichtner

    Ħin tal-Film:    109 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Il-film jeħodna għas-2154 fejn hemm jeżistu żewġ klassijiet ta’ nies: dawk sinjuri ħafna li jgħixu fuq stazzjon spazjali msejjaħ Elysium, mibnija mill-Korporazzjoni Armadyne. Hemm ma jeżisti ebda mard, faqar jew gwerrer. L-oppost ta’ dan l-ambjent artifiċjali,  fid- Dinja jgħixu biljuni ta’ nies fil-faqar, bil-guħ u ġlied, mrażżna  minn forza ta’ pulizija robots. Is-Segretarja tad-Diviża, Jessica Delacourt tħaddem magħha lil Kruger, merċenarju mill-Afrika t’Isfel. Ix-xogħol tiegħu hu li jxejjen kull attentat minn xi emigranti llegali li kienu xtaqu jaslu sa Elysium biex ikunu jistghu jagħmlu użu minn strumenti medikali avanzati magħrufn bħala Med-Pods   u  hekk ifiequ minn mard serju. Il-President  Patel ma kienx jaqbel mal-metodu li kienet tuża u jħedded li jkeċċi lilha u lil Kruger. Dealcourt tikkonvinċi lil biljunarju John Carlye, CEO tal-Korporazzjoni Armayne, biex jikteb programm għall- komputer li seta’ jwaqqaf il-kontrolli ta’ Elysium bi ħsieb li hi ssir il-President gdid.  Carlye jaqbel ma’ dan il-pjan. Meta joħloq dan il-programm ,jżomm il-dejta tal-programm f’moħħu sakemm isir il-waqt. Sadanittant  Max Da Costa . eks-ħabsi, li jgħix fil-faqar u jaħdem f’waħda mill-kumpaniji ta’ Armadyne, jagħmel  kuntatt ma’ Frey, ħabiba antika taħdem bħala infermiera u tgħix mat-tifla tagħha Matilda, marida bil-lukemja. Sfortunatament, Max ikollu nċident serju fuq ix-xogħol u spiċċa kkontaminat bir-radjazzjoni b’riżulat li fi ftit jiem kien sejjer imut. Riżultat ta’ dan,  Max jitkeċċa mix-xogħol. Għalħekk,  Max ifittex l-għajnuna ta’ Spider li jwiegħed lil Max kull għajnuna biex jinfiltra Elysium u b’hekk ikun iista’ juża l- Med-Pot biex ifieq hu u anke jtella miegħu lil Frey u lil Matilda biex b’hekk tfieq hi wkoll.

    Tgħid  jirnexxielu l-pjan li  ħejja biex iseħħ dan? Ma kienitx faċli iżda Max kien iddeterminat li jirnexxi mhux għalih iżda l-iktar għal Matilda. Film ta’ fantaxjenza li jeħodna fil-futur inċert għall-umanita`,  bi storja tajba u mimli tensjoni. Minħabba vjolenza mdemmija, kliem ħażin u mġieba goffa, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax –il sena.