-
The Auxiliary Bishop continues his pilgrimage in Lourdes
-
Matul dawn il-jiem l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, qed imexxi pellegrinaġġ f’Lourdes. Għal dan il-pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL) qed jattendu 336 pellegrin, fosthom għadd ta’ persuni morda. Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru, fit-8.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jmexxi Quddiesa kkonċelebrata bil-Malti fil-Grotta ta’ Massabielle.
-