• PLANES

  • ***

    Direttur:        Klay Hall

    Atturi:            (vuċijiet ta’) Dane Cook, Teri Hatcher, Brad Garrett, John Cleese

    Ħin:                92 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    Dusty Crophopper huwa ajruplan żgħir li jbexx il-ħxejjex iżda li jħobb isuq, u jixtieq ħafna li jtellaq maċ-champion tad-dinja Ripslinger fil-kompetizzjoni ‘Wings Around the Globe’. Bl-għajnuna ta’ sħabu, Dottie, li huwa forklift u Chug, li huwa truck tal-fuel, Dusty jirnexxilu jikkonvinċi lil Skipper biex jittrejnah. Skipper huwa ajruplan tan-Navy Corsair li kien il-kap ta’ squadron ta’ ajruplani tal-gwerra iżda wara inċident li kellu ma tħallix aktar jiġġieled. Dusty jidħol għal kompetizzjoni u jirnexxilu jasal sal-final fejn ikollu jikkompeti ma’ Bulldog mir-Renju Unit, ma’ Chupacabra mill-Messiku, ma’ Rochelle mill-Kanada, u ma’ Ishani mill-Indja. Madankollu, huwa Ripslinger li hu l-ikbar sfida għalih minħabba li l-ħin kollu jagħmel il-bsaten fir-roti lil Dutsy hekk kif ikunu qed itiru madwar id-dinja.

    Film animat minn Disney, fuq l-istil ta’ Cars. Huwa film t’avventura, pjuttost simplistiku u bi storja tat-tfal iż-żgħar, u għalhekk ma tantx jappella għal adulti. Li fih interessanti huwa li l-istorja sseħħ madwar id-dinja u għalhekk fih xeni sbieħ animati ta’ l-Ewropa, l-Indja, in-Nepal, iċ-Ċina u l-Messiku. Fih xi xeni ta’ vjolenza. Jgħodd għal kulħadd.