• Bishop Scicluna celebrates Mass in Maltese at Lourdes Grotto

  • Ilbieraħ il-Ħadd l-1 ta’ Settembru 2013, l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, iċċelebra quddiesa bil-Malti, fil-Grotta ta’ Massabielle, f’Lourdes. Għal dan il-pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL) qed jattendu 336 pellegrin, fosthom għadd ta’ persuni morda. L-Isqof Scicluna jasal lura Malta għada, t-Tlieta, 3 ta’ Settembru.