• ****

    Direttur: Marc Lawrence
    Atturi: Hugh Grant, Marisa Tomei, J.K. Simmons, Allison Janney
    Ħin: 107 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Keith Michaels huwa ‘screenwriter’ ta’ Hollywood li tilef il-ħila li kellu tal-kitba u li issa għandu bżonn kbir li jagħmel xi ħaġa oħra biex jaqla’ x’jiekol. Huwa daq is-suċċess f’eta żgħażugħa u ħmistax il-sena ilu rebaħ Oscar għal-kitba ta’ film jismu’ Paradise Misplaced, iżda m’għaddix wisq żmien li ma’ bediex iduq ukoll id-disperazzjoni meta kellu sensila ta’ fjaski, nuqqas ta’ kummissjonijiet, iż-żwieġ tiegħu falla, u ibnu żgħażugħ ma’ jkellmux. Peress li qed iġarrab nuqqas ta’ flus u ta’ idejat, Keith isib impjieg jgħallem il-kitba kreattiva f’universita’ fi New York. Wara ftit li jibda x-xogħol ġdid tiegħu jispiċċa biex waqt li jkun imlaħlaħ bix-xorb jinsulta lil kollega tiegħu li hija espert fuq Jane Austen, jagħżel l-istudenti tiegħu skond kemm jogħġbuh ir-ritratti tagħhom fuq Facebook, u jibda relazzjoni ma’ studenta żgħażugħa. Il-ħajja ta’ Keith tieħu bixra għal-aħjar meta tasal studenta matura jisimha Holly li temmen li wieħed għandu jingħata ċans ieħor u li għada tkun ġurnata aħjar mill-llum. Għall-ewwel Keith l-affarijiet li temmen fihom Holly iqishom bħala ħmerijiet, iżda bil-mod jibda jemmen fihom hu wkoll.
     
    Film kummiedja fejn l-attur prinċipali hu Hugh Grant fir-raba’ film tiegħu mad-direttur Marc Lawrence. Film interessanti li fih Hugh Grant jaqla’ tajjeb ħafna il-karattru tiegħu ta’ bniedem inċert iżda li issa huwa aktar matur. Minħabba r-relazzjoni sesswali ta’ għalliem ma’ studenta minorenni dan il-film jgħodd għal dawk ‘l fuq minn 15 il-sena.