-
-
Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2015, saret ikla ta’ ringrazzjament għas-saċerdoti li kienu jaħdmu fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. F’isem il-ħaddiema kollha u f’isem il-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rringrazzja lil Mons. Anton Gouder li serva bħala Pro-Vigarju Ġenerali, lil Mons. Anton Portelli li serva bħala Segretarju Amministrattiv, lil Mons. Charles Cordina li serva bħala Segretarju Pastorali, u lil Dun Ray Toledo li serva bħala Delegat għall-Parroċċi. Dawn is-saċerdoti laqgħu t-talba tal-Arċisqof li jservu f’karigi ġodda. Monsinjur Arċisqof irringrazzja wkoll lis-Sur Aldo Ciantar li għal diversi snin ħadem bħala receptionist fil-Kurja. L-Arċisqof laqa’ wkoll lil kollaboraturi l-ġodda tiegħu, li riċentament ġew appuntati f’karigi amministrattivi fil-Kurja, u ħeġġiġhom ikomplu jkunu ta’ servizz bħalma għamlu ta’ qalbilhom.
-
-
Photos: Communications Office, Curia