Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. ser jordna lil Br. Aaron Zahra O.P. bħala Djaknu, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Għar u San Duminku, ir-Rabat fis-6:30 p.m. L-Ordinazzjoni ser tkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Ordni Dumnikan f’Malta. Din is-sena l-Ordni tal-Predikaturi qiegħed jiċċelebra it-800 sena mill-approvazzjoni tiegħu.
Br. Aaron Zahra għandu 28 sena minn Marsaxlokk. Huwa qed jagħmel l-istudji tat-teologija fl-istudium tad-Duminikani, ġewwa Dublin, l-Irlanda.
Bħala Djaknu Br. Aaron ser ikollu d-dmir li jassisti lill-Isqof u lill-presbiteri fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-misteri qaddisa u tal-Ewkaristija, u li jqarben, jassisti ż-żwieġ u jbierku, li jxandar l-Evanġelju u jippriedka, jmexxi l-funerali u jiddedika ruħu għal kull qadi ta’ mħabba.
Filwaqt li nawgurawlu, inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi fi ħdan il-Knisja.