L-attriċi Taljana Claudia Koll żaret lir-residenti li qed jagħmlu l-programm tar-riabilitazzjoni tad-Droga f’San Blas, u d-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.
F’San Blas, Claudia Koll qasmet l-esperjenza tagħha ta’ konverżjoni fejn spjegat kif Alla ħadem fiha u d-deċiżjoni tagħha li ddur id-dinja biex tagħti xhieda tal-konverżjoni u spjegat kif kulħadd jista’ jiddeciedi li jibdel id-direzzjoni li jkun ħa fil-ħajja tiegħu.
Claudia Koll żaret ukoll ir-residenti li jinsabu fid-Dar tal-Providenza. Bħala parti mill-ħidma soċjali tagħha, Claudia Koll qed tiftaħ ukoll djar fil-Burundi għall-persuni b’diżabilità.
Dawn il-laqgħat kienu possibbli grazzi lil Magnificat Malta, il-komunità li ħadet ħsieb il-programm taż-żjara ta’ Claudia Koll f’Malta. Ir-residenti tal-komunità f’San Blas hija mmexxija minn Caritas Malta.