• Is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, flimkien mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, qed jattendu għal Kors ta’ Aġġornament li qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. Dan il-kors ta’ aġġornament teoloġiku u pastorali għall-kleru beda llum it- Tnejn 23 ta’ Mejju 2016, u jintemm il-Ħamis li ġej.
    L-ewwel sessjoni kienet immexxija mir-Rev. Dr Pawl Sciberras fejn irrifletta fuq is-sejħa ta’ Mosè u r-relazzjoni li kellu ma’ Alla. Fr Sciberras staqsa kemm is-saċerdoti humiex il-profeti li jħossu l-bżonn li jagħtu glorja lil Alla.
    It-tieni sessjoni kienet immexxija mis-Superjur Tonio Caruana SDC, li għadda riflessjonijiet dwar is-sehem tas-saċerdoti bħala profeti fil-kultura tal-lum.