• Is-Sibt filgħaxija, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal, li daħlet sew fil-kalendarju tal-Qriema.
     
    It-tradizzjoni tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal f’Ħal Qormi tmur lura madwar 80 sena, fejn it-tfal, kemm bniet u anke subien, jilbsu ta’ suldati, personaġġi bibliċi u membri tal-Kleru kif ukoll jerfgħu vari żgħar tal-Ġimgħa l-Kbira.
     
    Ta’ kull sena, f’din il-purċissjoni jieħdu sehem madwar 150 tifel u tifla.  
     
  • Ritratti: Josef Agius