-
-
Il-Papa laqa’ t-tielet grupp ta’ abbatini Maltin quddiem ir-Residenza ta’ Santa Marta, ilbieraħ, l-1 ta’ Settembru.
Il-Papa dar mal-grupp kollu u ħadilhom b’idhom. F’dak il-ħin Dun Frans Bonnici staqsa lill-Papa biex jagħti parir lill-abbatini. U wieġbu: “Ma tasalx filgħaxija li ma tgħidx Ave Maria”.
Iż-żjara tal-Abbatini fil-Vatikan kienet organizzata minn Dun Frans Bonnici, Dun Stephen Magro, Jean-Claude Schembri u Keith Tabone.