
Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Jien nixtieq nirringrazzjakom u nagħmlilkom kuraġġ. Din it-talba li nagħmlu mhix biss fuq l-isptar imma fuq il-professjonisti wkoll. Nirringrazzjawhom! Dan huwa mument ukoll li nirringrazzjaw tant nies iddedikati li lill-pazjent jagħtuh dinjità u kura; imma anke lill-Istat tal-ħidma kollha tiegħu; lilkom ukoll NGOs. Dan huwa mument fejn is-soċjetà ċivili permezz tagħkom qed tikkopera mal-Istat għall-ġid tal-persuna umana.
U jiena nawgura wkoll li dan il-ħolm pożittiv li joħloq ċentru ta’ eċċellenza; jista’ jkun ukoll preżenza importanti fil-Mediterran. Għax aħna għandna dan il-punt strateġiku, li qabel kien jintuża għall-gwerer, min jaf kieku issa jintuża għas-saħħa? U l-loġistika tagħna, tkun preżenza qawwija fil-Mediterran ta’ dawn is-servizzi. Ovvjament jiddependi mill-konnettività wkoll.
✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta





