
Matul ix‑xahar ta’ Marzu, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd tixxandar quddiesa fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:
Il‑Ħadd 1 ta’ Marzu, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tat-tieni Ħadd tar-Randan fil-Knisja tal-Vitorja f’Ħal Qormi.
It-Tlieta 3 ta’ Marzu, fis-6:00pm, l-Isqfijiet jiċċelebraw quddiesa fl-ewwel anniversarju minn mewt l-Arċisqof Pawlu Cremona fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.
Il-Ħadd 8 ta’ Marzu, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tat-tielet Ħadd tar-Randan fil-Knisja ta’ Sant’Antnin f’Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.
Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu, fis-6:00pm, l-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur matul it-toroq tal‑Isla. Wara jiċċelebra quddiesa fil‑Kolleġġjata Bażilika ta’ Marija Bambina.
Is-Sibt 14 ta’ Marzu, fil-5:00pm, l-Arċisqof jingħaqad f’mument ta’ talb mal-adolexxenti li se jirċievu l-griżma tal-isqof din is-sena. Wara jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet. L-attività se ssir fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.
Il-Ħadd 15 ta’ Marzu, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tar-raba’ Ħadd tar-Randan fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fl-Imqabba.
L-Erbgħa 18 ta’ Marzu, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-ewwel anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar fir-Rabat.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu, fl-10:00am,l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa waqt l-espożizzjoni tal-Kurċifiss Mirakoluż fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta.
Il-Ħadd 22 ta’ Marzu, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa tal-ħames Ħadd tar-Randan fil-Kappella taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Il-Ħamis 26 ta’ Marzu, fd-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum Id-Duluri t’Ommna Marija, fil-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta. Fis-6pm imexxi l-pellegrinaġġ devozzjonali tad-Duluri mat-toroq tal-Belt Valletta. Il-pellegrinaġġ joħroġ mill-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Ta’ Ġieżu.
Il-Ħadd 29 ta’ Marzu, fid-9:30am, l-Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm u l-Pontifikal fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.




