
Eċċellenza, għeżież ħbieb,
Kemm hi ħaġa sabiħa li qed niċċelebraw din l-armonija bejn il-bniedem u l-ħlejqa. Il-klieb, bis-sensibbiltà, ix-xamm u l-preżenza tagħhom – kull min għandu kelb id-dar jifhem x’qed nipprova ngħid – mhux biss jgħallmuna imma wkoll jgħinuna.Jiena nibqa’ nammira kemm il-kelb iġib miegħu lealtà u fedeltà. Aħna qegħdin niċċelebraw dil-ħaġa wkoll.
Qegħdin niċċelebraw ukoll l-isforz tat-trainers, li ppreparaw lil dawn il-ħbieb tagħna, għax huma ħbieb tagħna dawn il-klieb, biex ikunu ta’ servizz. Qed niċċelebraw ukoll il-fatt li aħna bl-għajnuna tagħhom, ħamsa minna se jkollhom iżjed awtonomija, kif ġustament qalu l-Ministru u x-Shadow Minister. Qed niċċelebraw il-possibbiltà li persuna titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħha, xi ħaġa li nawguraw lil kulħadd.
Allura l-awgurju tiegħi huwa mhux biss li l-pajjiż ikompli b’din is-sensibilità imma li naħdmu flimkien fuq inizjattivi li jkollhom is-suċċess li jistħoqqilhom. Imma wkoll ngħidu grazzi, grazzi lil tant nies li bil-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħhom wassluna għal dan il-mument sabiħ.
Jiena nawgura li din il-ħaġa sabiħa li qed niċċelebraw illum ikollha futur u futur sabiħ.





