
Qatt tħajjart tikteb xi innu sagru?
‘Ħarbex ir-Rima’ huwa kors ta’ tlett workshops li l-Akkademja tal-Mużika Sagra Francesco Azopardi qed torganizza b’kollaborazzjoni mal-Pastoral Formation Institute għal dawk kollha li jixtiequ jħaddmu d-don tal-kitba u l-poeżija b’għan qaddis.
L-għan tal-kors hu li jispira il-ħolqien ta’ lirika ġdida bil-Malti xierqa għall-kant liturġiku, taħt gwida. Intqal li mhux meħtieġ li tkun taf il-mużika biss importanti li jkollok idea tajba ta’ kif tikteb bil-Malti. Wieħed se jkun mistieden jaħdem waħdu kif ukoll fi grupp. Dawn se jsiru fil-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien
Applika issa u ħalli l-motivazzjoni u l-kreattivita tiegħek jimirħu! Wieħed jista’ japplika fuq: https://pfi.edu.mt/course/harbexirrima/
Source: Newsbook.com.mt
Article written by Gabriel Lia




