Il-katekisti kollha tal-Arċidjoċesi huma mistiedna għall-Ġublew tal-Katekisti nhar l-Erbgħa 12 ta’ Novembru 2025, bejn is-6:30pm u t-8pm, fl-Awditorju tal-MUSEUM fi Blata l-Bajda.

Din l-attività ser tgħaqqad lill-katekisti minn diversi komunitajiet u movimenti Kattoliċi flimkien mal-Arċisqof Charles Scicluna, sabiex jirriflettu dwar is-sejħa għal dan il-ministeru.

Matul il-laqgħa, diversi adulti se jaqsmu l-esperjenza tagħhom fil-mixja tal-katekumenat, bħala xhieda ta’ tama u inkoraġġiment għal dawk kollha li qed iservu fil-ministeru tal-katekeżi.

Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq b’mument ta’ talb u adorazzjoni fil-preżenza tal-Ewkaristija.

Għal aktar dettalji, żur il-website gublew.mt.

L-attivitajiet tal-ġublew jagħmlu parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew 2025 fl-Arċidjoċesi ta’ Malta u fid-dinja Kattolika kollha, fejn l‑Insara – u lill‑bnedmin kollha ta’ rieda tajba – huma mistiedna sabiex matul din is-sena jkunu pellegrini tat-tama fid-dinja tal-lum, permezz ta’ atti ta’ fidi, karità u għaqda.