Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Christianne Farrugia tkellmet dwar l-għajnuna li nsibu mingħand in-nies ta’ wara billi kultant jgħinuna naraw l-affarijiet minn perspettiva differenti.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Christianne Farrugia u Erika Spiteri li huma żewġ novizzi Agostinjani. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 16, 1-8
Wieħed wieħed bagħat għal dawk li kellhom jagħtu lil sidu. “Kemm għandek tagħtih lil sidi?”. staqsa lill-ewwel wieħed. “Mitt barmil żejt”, wieġbu dak. “Oħroġ il-karti tiegħek”, qallu l-amministratur: “oqgħod bilqiegħda malajr u ikteb ħamsin”. Lil ieħor staqsieh: “U int, kemm għandek tagħti?”. “Mitt xkora qamħ”, wieġbu. Qallu: “Oħroġ il-karti tiegħek u ikteb tmenin”. U s-sid faħħru lil dak l-amministratur ħażin talli ħadem b’rasu. Għax ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl ma’ min hu tal-qatgħa tagħhom”.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




