Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Dr Yana Psaila tkellmet dwar l-importanza tal-mistrieħ u l-irqad u qalet li dan il-ħin importanti qed jiġi mnaqqar mill-midja soċjali.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Anthony Fitzpatrick u Dr Yana Psaila. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 14, 1-6
Darba, kien is-Sibt, u Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù dar fuq l-għorrief tal-Liġi u l-Fariżej u qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?”. Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejqu u bagħtu. Imbagħad qalilhom: “Min minnkom se jaqagħlu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?”. U ma kellhomx il-ħila jwiġbuh għal dan.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar