Waqt il-programm The Handbook, waħda mill-preżentaturi tal-breakfast show ta’ RTK103, Mariella Porter, qalet li ċ-ċagħaq jurina li minn nuqqas ta’ qbil tista’ toħroġ xi ħaġa sabiħa wkoll, fosthom li nsiru nafu iktar lilna nfusna u anki lil ħaddieħor.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Chris Ellul u Mariella Porter. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 12, 54-59
Jekk xi ħadd ikun se jtellgħek il-qorti, int u sejjer miegħu quddiem il-maġistrat, ħabrek biex tirranġa miegħu kif tkunu għadkom fit-triq, li ma jmurx ikaxkrek quddiem l-imħallef, u l-imħallef jagħtik f’idejn l-esekutur tas-sentenza, u dan imbagħad jitfgħek il-ħabs; għax kif ngħidlek jien, ma toħroġx minn hemm ġew qabel ma tkun ħallast sal-inqas ħabba”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar