Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Chris Ellul qal li aħna msejħin biex ngħixu l-vokazzjoni tagħna u hemm affarijiet li ma jmorrux mas-sejħa tagħna u għalhekk irridu nkunu kapaċi ngħidu le għalihom.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Chris Ellul u Mariella Porter. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 12, 35-38
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih. Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru!

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar