Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Franco Fenech tkellem dwar l-esperjenzi tiegħu bħala eżorċista fejn qal li x-xitan ma jaqbadx u jqum filgħodu u jiddeċiedi li jidħol f’xi ħadd.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Franco Fenech u Kristjana Casha. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 12, 1-7
Ħames għasafar tal-bejt mhux żewġ soldi jinbiegħu? U anqas wieħed minnhom ma hu minsi quddiem Alla. U intom, sax-xagħar ta’ raskom, kollu magħdud. Xejn la tibżgħu, għax intom aktar minn ħafna għasafar tal-bejt tiswew”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar