Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, l-attriċi Kristjana Casha tkellmet dwar il-popolarità fejn qale tli din ma tridx tkun ħaġa waħda mal-identità tagħna għax inkella nkunu qed nirriskjaw li jkollna ħafna diżappunti.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Franco Fenech u Kristjana Casha. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 11, 42-46
“Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħobbu s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi u min isellmilkom fil-pjazez. Ħażin għalikom! Qiskom l-oqbra, li ma tagħrafhomx, u n-nies tgħaddi minn fuqhom bla ma tintebaħ bihom”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar