Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Amber tkellmet dwar l-esperjenza tagħha bħala omm li ddeskrivietha bħala mħabba kbira tal-ġenn, iżda wkoll li tweġġa’.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Josef Mifsud u Amber Bondin. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 11, 27-28
Waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar