Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Amber irrakkontat esperjenza li għaddiet minnha waqt volontarjat fl-Italja fejn persuna ħeġġiġha biex tibda titlob bil-mużika.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Josef Mifsud u Amber Bondin. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 11, 5-13
U jiena ngħidilkom: Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom. Għax min jitlob, jaqla’; min ifittex, isib; u min iħabbat, jiftħulu. Min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun? Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar il-Missier mis-smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu!”.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




