Aktar kmieni dan ix-xahar, fis-Seminarju tal-Arċisqof ingħataw merħba żewġ żgħażagħ li bdew il-perjodu Propedewtiku, jiġifieri fażi ta’ preparazzjoni.
Fi stqarrija ntqal li matul dan il-perjodu, il-propedewtiċi jiġu introdotti għal ħajja aktar organizzata ta’ talb u ta’ dixxerniment personali sabiex jibdew il-vjaġġ tagħhom.
Dawn iż-żewġ żgħażagħ ġew mistiedna jikbru aktar fl-għarfien tagħhom infushom u li jsiru aktar familjari ma’ modi differenti ta’ talb, ma’ ħajja u servizzi fil-komunità, u mal-apprezzament ta’ x’inhi s-sejħa tas-saċerdot fil-Knisja u s-soċjetà Maltija llum.
Is-Seminarju fakkar li fis-sajf, il-propedewtiċi jieħdu sehem f’ħidma soċjali, b’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-Knisja.