-
-
Ftit iktar minn 550 persuna attendew għall-ikla li Caritas Malta għamlet f’Jum il-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li Caritas Malta ħadet ħsieb torganizza din l-ikla għal dawk li jinsabu weħidhom jew li m’għandhomx biżżejjed mezzi jew bla saqaf fuq rashom.
Għall-ikla tal-Milied attendew ukoll fost l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-President Emeritus George Abela, in-Nunzju Appostoliku Alessandro D’Errico, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia.
Caritas Malta rringrazzjat lill-voluntiera u lill-benefatturi u b’mod speċjali lil dawk il-persuni li kellhom bżonn il-kuraġġ biex jagħmlu l-pass li jċemplu biex u ma baqgħux weħidhom fil-jum tal-Milied. Għall-ikla tal-Milied ingħaqdu wkoll il-persuni li qed jingħataw kenn minn Caritas Malta u li qed jgħixu f’Dar Papa Franġisku u f’Dar Maria Dolores.
Kull min jixtieq jgħin lil Caritas Malta jista’ jċempel fuq 2590 6600 jew jibgħat imejl fuq [email protected].
-
-
-
-
-
Ritratti: knisja.mt/ritratti