We show love by keeping the commandments – Bishop Galea-Curmi
Mass 6th Sunday of Easter
10/05/2026 Chapel of St Mary 'tal-Ftajjar', LuqaFl-Evanġelju tal-lum, Ġesù għal darbtejn jenfasizza l-ħarsien tal-kmandamenti tiegħu. Jgħid: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw 14:15). Imbagħad fl-aħħar: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni” (Ġw 14:21). Qed ikun ċar Ġesù li meta aħna ngħidu li nħobbuh, mhux sempliċiment kliem li ngħidu u nieqfu hemm. L-imħabba lejn Ġesù mhijiex sempliċi sentiment li nħoss. Ġesù ma jgħidx: jekk tħobbuni, oqogħdu ammirawni. Lanqas jgħid: jekk tħobbuni, ibżgħu minni… Read more »













