Mgr Pawlu Cremona: a faithful servant of the Lord and of great humility – The Archbishop
Mass for the repose of Archbishop Paul Cremona
03/03/2026 St Paul's Metropolitan Cathedral, MdinaRitratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta
Il-kelma li jagħtina Ġesù jfakkarna ħafna f’dak li għalih qegħdin hawn għat-tislima tagħna u t-talb tagħna b’suffraġju tal-Arċisqof Pawlu Cremona li fostna mexa bħala qaddej tal-poplu tiegħu. L-ebda wieħed u waħda minna ma niftakruh għall-vanità tiegħu jew għall-frugħa tiegħu; imma l-Mulej tahulna bħala qaddej ġwejjed, ta’ umiltà kbira, ta’ sens prattiku kbir, ta’ mħabba kbira.
Aħna nitolbu ħafna għalih u f’dan il-mument fejn qed joqrob l-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu nitolbu wkoll għal ruħu u nitolbu biex il-Mulej ikompli jberikna b’ragħajja bħalu, ragħajja skond il-qalb tal-Mulej… Read more »












