The sign that God gives us – Bishop Galea‑Curmi
13/10/2025 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Irid sinjal” (Lq 11:29). Dan hu li jgħid Ġesù fuq nies li jsejħilhom “nisel ħażin”. Mal-ewwel jolqotna kemm dan huwa kliem iebes. Għaliex qed jitkellem b’dal-mod Ġesù? Għax dawn in-nies li riedu sinjal kellhom, fil-fatt, tant sinjali fil-ħajja ta’ Ġesù. Jekk aħna naqraw qabel din is-silta skont San Luqa, anke l-kapitli ta’ qabel, naraw diversi mirakli li għamel Ġesù – kien hemm wieħed li ħelsu mix-xitan, ieħor minn spirtu mniġġes, fejjaq il-morda, u tant sinjali oħra… Read more »














