The stone is no longer there – Bishop Galea-Curmi
30/03/2024 Parish Church, BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” (Mk 16:3) Din kienet il-mistoqsija li bdew jagħmlu lil xulxin Marija ta’ Magdala, Marija Omm Ġakbu u Salomi – in-nisa li ddeċidew li kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa jmorru lejn il-qabar ta’ Ġesù ħa jidilku bil-fwejjaħ il-ġisem mejjet tiegħu. Din kienet id-diffikultà li kellhom, għax għalihom Ġesù kien mejjet u riedu juru l-għożża tagħhom.
Il-memorja
Għal mument, nixtieq li nidħlu fl-istorja ta’ dawn in-nisa li kienu qed jimmaġinaw li se jsibu l-ġisem mejjet ta’ Ġesù u l-problema li kellhom kienet kif se jirnexxilhom jidħlu ġo dan il-qabar issiġillat b’ġebla “kbira ħafna” (Mk 16:4)… Read more »