May these parishioners see goodness and faithfulness in your eyes – The Archbishop
Mass on the beginning of the pastoral work of Fr Martin Coleiro OFM as parish priest of Sacro Cuor parish
19/11/2023 Sacro Cuor Parish Church, SliemaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għażiż Fr Martin, il-Mulej qiegħed jafdalek mhux talenti tad-deheb u l-fidda – għax it-talent kien kejl, jew għad-deheb jew għall-fidda. Talent, illum, kieku jissarraf, skont jekk hux tal-fidda jew tad-deheb, f’mijiet ta’ eluf ta’ ewro. Biż-żmien, imbagħad, anke taħt l-influwenza tal-kultura Nisranija, il-kelma ‘talent’, minħabba din il-parabbola x’aktarx, saret tfisser ukoll ħila, saret tfisser kapaċità; ngħidu: għandu ħafna talenti, bniedem jaf iħaddem tajjeb it-talenti tiegħu.
Għażiż Fr Martin, Ġesù mhux qiegħed jafdalek it-talenti tad-deheb u tal-fidda, għalkemm qiegħed jafdalek ukoll knisja sabiħa u mżejna kif jixraq, imma qiegħed jafdalek il-mimmi ta’ għajnejh, il-poplu għażiż, li jgħix, jgħammar, jitlob u jħabrek f’din il-parroċċa… Read more »