I pray to St Publius that our leaders will be leaders who defend the dignity of all humans, no matter who they are – The Archbishop
Mass on the feast of St Publius
23/04/2023 The Parish Church of St Publius, Floriana“Jiddi d-dawl tiegħek fid-dlam. Id-dlam tiegħek ikun bħal nofsinhar. Il-Mulej imexxik dejjem”. Dan il-kliem tal-profeta Iżaija li smajna fl-ewwel qari hu indirizzat ukoll illum lill-qaddis San Publiju. Ismu kien wieħed mill-iżjed ismijiet popolari fid-dinja Rumana. L-istudjużi jgħidulna li l-isem Publius kien x’aktarx il-ħames isem popolari fl-Imperu Ruman u l-għerq tiegħu kien propju riferiment għall-poplu. Mill-istess għerq ta’ Publiju għandna l-poplu stess, repubblika – dawn kollha ġejjin mill-istess għerq li jagħtina l-isem ukoll, il-prenome kif kienu jgħidulu l-Latini: publius… Read more »