Salt of the earth and Light of the world – Bishop Galea-Curmi
06/02/2023 Chapel of Our Lady of Lourdes, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Intom il-melħ tal-art…Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5:13.14). Dawn iż-żewġ affarijiet li jsemmi Ġesù nindunaw mal-ewwel li huma affarijiet li aħna lkoll nafu bihom. Ġesù juża kliem li nifhmuh u mhux ikkumplikat biex ifiehem il-missjoni tagħna, dixxipli tiegħu, fid-dinja llum. Għalhekk nistgħu nifhmuh ilkoll u għalhekk mal-ewwel nistgħu naraw dak li Ġesù qed jgħid għalina.
Ħaġa li tolqotna mal-ewwel – ħaġa importanti ħafna – hi li Ġesù qed jgħid li aħna ma neżistux għalina nfusna, għall-benefiċċju tagħna, imma l-ħidma tagħna fid-dinja hija dejjem għall-oħrajn… Read more »