A kind of fasting that pleases the Lord – Bishop Galea Curmi
04/03/2022 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fil-mistoqsija li d-dixxipli ta’ Ġwanni għamlu lil Ġesù, tolqotna ħafna l-ħeġġa tagħhom għall-prattika reliġjuża tas-sawm. Għalihom kienet parti importanti mill-ħajja reliġjuża, u għalhekk ħaduha bi kbira li huma u l-Fariżej kienu jsumu, imma d-dixxipli ta’ Ġesù ma kinux.
X’kienet id-diffikultà? Ma kinetx li huma jsumu; dik ħaġa tajba, fil-fatt kienet waħda mill-prattiċi reliġjużi importanti għall-ħajja tagħhom. Imma ħafna minnhom kienu jagħmlu dan bħala prattika reliġjuża li tidher minn barra – x’qed tara minn barra – imma mbagħad il-qalb kienet ’il bogħod minn Alla… Read more »