“He took the loaves of bread, gave thanks, then gave them to the people”
16/04/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Żgur li tolqotna f’din il-ġrajja, li hi rrakkuntata mill-evanġelisti kollha – l-uniku miraklu li ssibu rrakkuntat mill-evanġelisti kollha – id-deskrizzjoni ta’ kif Ġesù jagħmel il-miraklu, speċjalment il-kelmiet: “ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda”. Hemm xebh kbir bejn dawn il-kelmiet u dak li naqraw fl-Aħħar Ċena meta Ġesù waqqaf l-Ewkaristija. Hu l-istess kliem li ngħidu ftit ieħor fil-konsagrazzjoni fil-quddiesa: “ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasam, ta lid-dixxipli tiegħu…”
Hemm rabta bejn dan il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż u l-Ewkaristija… Read more »