Monthly Archives: July 2020

Preventive measures during Holy Mass in churches

Il‑Knisja f’Malta qed taġġorna d‑direttivi rigward il‑Quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra fil‑preżenza tal‑pubbliku, li permezz tagħhom numru ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑covid‑19 ser jibqgħu fis‑seħħ u oħrajn aktar restrittivi jitnaqqsu. Dawn id‑direttivi jidħlu fis‑seħħ mil‑lum l‑1 ta’ Lulju 2020, u jibqgħu fis‑seħħ sakemm jinħarġu direttivi oħra mill‑Awtoritajiet Ekkleżjastiċi. Id‑direttivi aġġornati huma aċċessibbli hawnhekk.

Il‑miżuri obbligatorji li ser jinżammu jinkludu:

  1. Id‑distanza soċjali ġol‑knisja ħlief għall‑membri tal‑familja li jgħixu fl-istess dar
  2. Sanitiser fil‑bieb għall‑użu tal‑pubbliku
  3. It‑Tqarbin ser jibqa’ jsir fl‑idejn u fil‑post
  4. Ħasil regolari u ventilazzjoni tal‑knejjes
  5. Il‑fonti tal‑ilma mbierek jitħallew vojta
  6. Persuni b’sintomi respiratorji jew ta’ influwenza ma jitħallewx jidħlu

Id‑deċiżjoni tal‑Isqfijiet tat‑12 ta’ Marzu li għadda, li permezz tagħha l‑Insara ngħataw dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd, għalissa ser tibqa’ fis‑seħħ… Read more »

A new collective agreement for the employees of the Curia and the Tribunals

Family-friendly measures and other benefits for the employees

  The Archbishop's Curia, Floriana

(xellug) Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, mal‑Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, Josef Vella

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑UĦM Voice of the Workers iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall‑ħaddiema tal‑Kurja tal‑Arċisqof u tat‑Tribunali Ekkleżjastiċi wara li dan ġie approvat mill‑Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan ippresedut mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna.

Il‑ftehim, li jidħol fis‑seħħ fl‑1 ta’ Jannar 2021 u jkopri perjodu ta’ tliet snin, ġie ffirmat mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, u mill‑Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, Josef Vella… Read more »

The Gospel of the day: 1st July

Readings of the day

First Reading: Amos 5, 14-15.21-24
Psalm: 49 (50), 7.8-9.10-11.12-13.16bc-17

Gospel: Mt 8, 28-34

When Jesus came to the territory of the Gadarenes, two demoniacs who were coming from the tombs met him. They were so savage that no one could travel by that road. They cried out, “What have you to do with us, Son of God? … Read more »