Stay with us, Lord – Bishop Galea‑Curmi
Mass on the Third Sunday of Easter
26/04/2020 Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal BalzanL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Minn Ġerusalemm għal Għemmaws kien hemm madwar ħdax-il kilometru. Imma ma kienx it-tul tal-mixja – kemm se jdumu mexjin – li kien qed itaqqal il-qalb ta’ dawn iż-żewġ dixxipli ta’ Ġesù. Kienet l-esperjenza trawmatika li għaddew minnha meta raw lil Ġesù, li fih qiegħdu t-tama tagħhom, jispiċċa fix-xejn. Meta Ġesù għadda mill-passjoni u l-mewt, imbagħad għalihom kien spiċċa kollox. Għalhekk kienu diżappuntati, mimlijin dwejjaq u diżillużi… Read more »