Pastoral Visit by the Archbishop at Vittoriosa parish
15/06/2019-
Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-viżta pastorali fil-parroċċa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u jamministralhom l-Ewwel Tqarbina, mal-katekisti u l-operaturi pastorali fil-parroċċa kif ukoll mal-komunità tal-patrijiet u t-terzjarji Dumnikani u s-sorijiet Benedittini.
L-Arċisqof se jkollu l-opportunità jiltaqa’ maż-żgħażagħ Girbin u anke mal-membri tal-Kunsill Lokali u ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Il-Viżta Pastorali tintemm il-Ġimgħa, 21 ta’ Ġunju 2019…