The Archbishop’s Curia pays its final respects to Fr VicGeorge Vassallo
20/01/2016-
L-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof jixtiequ jwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja Vassallo wara li nhar it-Tlieta 19 ta’ Jannar 2016, tħabbret il-mewt ta’ Fr VicGeorge Vassallo. Fr VicGeorge kien id-Direttur tas-servizzi tal-IT fil-Kurja tal-Arċisqof u fost ħidmiet oħrajn kien strumentali fit-twaqqif onlajn tal-arkivji diġitali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Fr VicGeorge ġie ordnat saċerdot fis-6 ta’ Lulju 1990. Fil-ħidma pastorali tiegħu huwa serva bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Marsaxlokk u tal-Forzi Armati ta’ Malta…