“Pray for me that the pallium’s significance would not be empty words but it would be a programme for life” – The Archbishop
11/07/2015- Is-Sibt 11 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie mlibbes il-pallium min-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, waqt Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa li bdiet fl-10.00 a.m. attendew għaliha diversi mistiedna, fosthom l-ogħla awtoritajiet tal-Istat, membri tal-Korp Diplomatiku, il-Kleru Djoċesan u l-membri tal-Ordinijiet Reliġjużi, Kappillani u rappreżentanti tal-parroċċi. Din hija l-ewwel darba li Arċisqof ġie mlibbes il-pallium waqt Quddiesa fl-Arċidjoċesi ta’ Malta stess…