• Direttur: Seth MacFarlane

      Atturi: Mark Wahlberg, Seth MacFarlane, Amanda Seyfried,  Giovanni Ribisi, John Slattery, Jessica Barth u Morgan Freeman

      Ħin tal-Film:  115 min.

      Klassifika taċ-Ċensura: 15

      Klassifika tal-Knisja: 18

      John Bonnett jiddivorzja lil  Lori Collins dawn l-aħħar sitt xhur. Sadanittant Ted, it-Teddy Bear li ħa l-ħajja,  jiżżewweġ lill-maħbuba tiegħu Tami-Lynn. Sfortunatament fir-relazzjoni ta’ bejniethom ma kienux jagħmlu ħlief jiġġieldu. Għalhekk iddeċiedew li jkollhom tarbija  biex forsi  jsalvaw iż-żwieġ  tagħhom. Ted, bħala Teddy Bear  ma setgħax ikollu tfal. Għalhekk idur lejn John għal għajnuna iżda John ma tantx deher ħerqan u għall-ewwel irrifjuta li jgħin. Ted ma jaqtgħax qalbu.  Ted isir jaf li John kien ivviżjat jara L-pornografija fuq l-internet. Ted għalhekk jingoraġġixi lil John biex jibda jkellem l-ewwel mara li jiltaqa’ magħha. Ted u John jagħmlu tentativ biex isibu xi donatur iżda ma kienx daqshekk faċli. Għalhekk fl-aħħar John aċċetta li jkun hu donatur. Sfortunatament Tami-Lynn ma setgħax ikollha tfal minnħabba li fil-passat kienet tagħmel użu eċċessiv mid-droga. Il-koppja jiddeċiedu li jadotaw tarbija. Minn hawn jibda l-inkwiet kollu għal Ted għaliex il-Bord mhux biss ma aċċettax l-applikazzjoni li jadottaw  iżda wkoll iddikjarah li hu ma kienx persuna iżda proprjeta’. Dan kien ifisser li ż-żwieġ tiegħu kien annullat, tilef ix-xogħol u l-flus kollha li kellu fuq ismu fil-Bank.  John jissuġerixxi li jagħmlu kawża l-qorti iżda flus ma kellhomx. Il-Kumpanija tal-avukati li kienet lesta li tgħin xi ftit iddeċiediet li tgħin billi itihom biex jiddevendu l-każ tagħhom, avukata żagħżugħa, Samantha Leslie Jackson. Għall-ewwel ma tantx xtaqu jaħdmu magħha imma l-fatt li Samantha wkoll kienet tpejjep il-marijuana, aċċettawha li tgħinhom. Minn taħt kien hemm Donny, li issa kien jaħdem ma’ Kumpanija li tipproduċi logħob għat-tfal. Il-ħsieb tieghu kien  li jaħtaf lil Ted u wara li jsir jaf kif jaħdem, il-Kumpanija tkun tista’ tipproduċi eluf oħra bħal Ted. X’jiġri mill-każ fil-qorti? Tgħid il-ħsieb ta’ Donny jirnexxi?  X’jagħmlu Ted, John u Samantha meta jitilfu l-każ tagħhom fil-qorti u Ted jibqa’ ttrattat bħal proprjeta?

      Film Amerikan, taħt id-direzzjoni ta’ Seth MacFarlane, sekwenza tal-ewwel film “Ted”  li ħareġ fis-sena 2012. Film għal kbar minħabba li għandu referenzi sesswali qawwija, imġiba xejn m’hi korretta, użu ta’ droga; barra wkoll kliem goff u doppju sens.