€4 MILLION SPENT ON RESTORATION AT ST JOHN’S CO-CATHEDRAL IN TEN YEARS
24/08/2011F’dawn l-aħħar għaxar snin il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann nefqet aktar minn €4 miljuni fi proġetti ta’ restawr. Il-Fondazzjoni, li hi magħmula minn membri nominati mill-Arċisqof u oħrajn nominati mill-Prim Ministru, din is-sena qed tfakkar l-għaxra anniversarju mit-twaqqif tagħha.
Il-lista ta’ proġetti ta’ restawr hi waħda impressjonanti: ir-restawr sħiħ tal-kappella tal-Italja u dik ta’ Aragona; il-kappella tas-Sagrament u l-Madonna ta’ Filermos; ir-restawr tal-orgni storiku tal-Oratorju; restawr tal-pitturi ta’ San Ġorg fuq iż-Żiemel, San Karlu Borromeo, San Ġwann fid-Deżert, il-Verġni u Binha ma’ San Ġwann u Santa Eliżabbetta, il-Flaġellazzjoni ta’ Kristu, San Franġisk Saverju, San Ġakbu, u l-Martirju ta’ San Lawrenz, fost oħrajn… Read more »