Reflections for Lent – 25th February 2010
25/02/2010L-inqas li hu mistenni
L-inqas li hu mistenni mill-bniedem
mhux li kull persuna
tiġi ttrattata bir-rispett
u jkollha l-istess dritt għall-ħajja?
L-inqas li hu mistenni mill-bniedem
mhux li kull persuna
tkun ħielsa
u kapaċi toħloq
mingħajr ma tkun maħkuma
mill-flus, mir-reliġjonijiet jew mill-istati?
L-inqas li hu mistenni mill-bniedem
mhux li l-art nibżgħu għaliha
bħala ħaġa sagra,
inħarsuha u nsebbħuha
biex tibqa’ l-ambjent
li nistagħġbu bih,
imħejji minn Alla
għal dawk kollha
li jgħixu fih? … Read more »