Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Franco Fenech tkellem dwar kif kultant fil-ħajja tirċievi mħabba mingħand nies differenti li ma tkunx tafhom jew fittixthom.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Franco Fenech u Kristjana Casha. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.


Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 10: 1-9
Qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom, la but, la ħorġa, u lanqas qrieq.”

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar